Il-patrijottiżmu idea antikwata? Iż-żieda fil-popolazzjoni ħa therrilna l-identità tagħna? Il-fibra tagħna bħala poplu qed tittiekel biż-żieda fil-popolazzjoni?
Jiddiskutu dan waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 ix-xandar Dr Charles Xuereb, l-opinjonisti Grace Borg, il-Perit Michael Falzon u l-ġurnalist Sandro Mangion.
L-istess programm jinkludi wkoll:
L-edukazzjoni tista’ tkun ‘il fuq mill-politika? Dibattitu politiku bejn il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima u l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Justin Schembri.
Il-qasam tas-saħħa jinsab f’salib it-toroq? Diskussjoni mat-Tabib Josie Muscat
Ħafna tarmak għalxejn? Diskussjoni mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon
Intervista ma’ Dr Isaac Zahra, żagħżugħ li għex l-esperjenza tal-lukimja, li iżda ma waqqfitux milli jistudja għal tabib.
Andrew Azzopardi on RTK103 jixxandar is-Sibt bejn id-9am u 12pm fuq RTK103 u Newsbook.com.mt.
Tista’ tara l-programmi li xxandru f’din l-iskeda fuq Newsbook TV.
Негізгі бет Andrew Azzopardi on RTK103 | 6 ta' Lulju
No video
Пікірлер: 2