ONE.COM.MT •
F’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa minn mindu, fiż-Żejtun, instab bla ħajja Antoine Degabriele, ġie arrestat żgħażugħ b’rabta mal-każ.
F’aktar żviluppi, dan l-istazzjon kiseb informazzjoni li l-karozza nstabet f’garaxx fil-limiti tax-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar bil-windscreen maqlugħ.
ARRESTAT ŻAGĦŻUGĦ B’RABTA MAL-HIT AND RUN FIŻ-ŻEJTUN
Ħidma tal-Pulizija wasslet biex, f’anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa, instab is-sewwieq li kien involut f’hit and run fiż-Żejtun, li ħalliet lil Antoine Degabriele, ta’ wieħed u ħamsin sena, mejjet.
Is-sewwieq huwa żgħażugħ ta’ wieħed u għoxrin sena residenti Birżebbuġa, u ġie arrestat aktar kmieni is-Sibt wara li l-karozza nstabet f’Ħaż-Żabbar.
Sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li l-vettura tal-arrestat nstabet għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu f’garaxx fil-limiti tax-Xgħajra bil-windscreen diġà maqlugħ. Tellar qiegħed jassisti fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Huwa qed jinżamm arrestat, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija minn diversi skwadri għadhom għaddejjin. Bħalissa għaddejja wkoll inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia.
B’rabta ma’ dan l-iżvilupp il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, f’kitba fuq Facebook stqarr li dan juri l-impenn tal-Pulizija f’każijiet bħal dawn filwaqt li rringrazzjahom ta’ ħidmiethom. PIC FB BYRON
Негізгі бет ARRESTAT ŻAGĦŻUGĦ B’RABTA MAL-HIT AND RUN FIŻ-ŻEJTUN
Пікірлер: 2