Ġebla Għar Presepju
Missieri, kien qal li sabha
F’ xi borġ ġebel, qrib Selmun.
Għoġbitu, u għalhekk kien ġabha,
Sabiex fuq kolonna tkun.
Għidt , “Din, eżatti għalija!”
Għax tassew iggustajtha,
B’dik il-ħofra, flok qasrija,
B’bonsai fiha, dlonk rajtha.
Mal-bonsai, irrid nagħmilha,
Għax tassew naturali.
Xi ħarruba nsibilha.
Żgur ħadd ma jkollu bħali.”
Il-qiegħ mort biex intaqqblilha,
Imma kienet iebsa wisq.
Id-durium ma riedx jidħlilha.
Il-qawwi ma tantx fih riżq.
Għalhekk jien qbadtha u tfajtha
Fuq l-ixkaffa ġewwa l-ġnien.
Naħseb ftit kif stajt użajtha.
Xhur sħaħ nhewden għamilt jien.
Sakemm darba ġo Tas-Sliema,
Rajt pasturi vera żgħar.
Jien ma ħassejt l-ebda ndiema,
Għidt , “Il-blata nagħmel għar,
Fi presepju differenti,
Li tant ilni noħlom bih.
Illi jibqa’ attraenti
Mimli b’siġar ħajjin fih.
Mhux bħal dawk li hawn madwarna,
Fejn is-siġar ma jdumux
Ħajjin bil-frott, ġewwa djarna.
Naf li f’tiegħi ma jmutux.”
Għalhekk il-ġebla rranġajtha
Sabiex tilqa’ lil-Bambin.
Dawl minn żewġ bozoz jien tajtha.
Il-pasturi mdawwlin!.
Siġar ħajjin poġġejt magħha,
Żebbuġ, palm u xi ħarrub.
“Penjing, illi d-dehra tagħha(i)
Issa ilha tferraħ qlub.
Ħadtha Selmun, Għajn Tuffieħa.
Fil-Furjana tawna l-flus.(ii)
Kull min raha qalli, “Sabiħa!
Tassew ħaqqek proset, Ġuż!”
Poem by Joseph Felix Cachia (Buġibba 28/10/2023.)
Негізгі бет Gebla Ghar Presepju ta' Joseph Felix Cachia (at Christmas Bonsai Aid Exhibition, December 2023)
Пікірлер: 1