Fl-2003 Jeffrey Bonnici ffaċċja pronblemi fil-kliewi tant li kellu bżonn trapjant ta’ kilwa. L-ewwel kilwa li ngħatatlu kienet dik ta’ ommu Frances. Wara ftit iżda rriżulta li din il-kilwa kienet qed tiġi attakkata mill-istess kundizzjoni li attakkatlu l-ewwel kilwa. Għalhekk kellhom inneħħuwhielu.
Minħabba f’hekk Jeffrey kellu jibda l-proċess mill-bidu u għal tmien snin dam fuq il-magna tal-kliewi sakemm tfaċċat opportunità li jingħata kilwa mingħand persuna li kien miet. Dan kien fl-2014.
Sitt snin wara Jeffrey beda jbati b’siequ u kellu nuqqas ta’ ċirkulazzjoni li spiċċaw biex jaqtgħulu siequ.
Minħabba fl-operazzjonijiet li kellu, it-tieni kilwa li Jeffrey ngħata kellha titneħħielu u issa għal darb’oħra qed jistenna li tingħatalu kilwa oħra.
Негізгі бет “Ngħix bit-tama li ningħata kilwa oħra” - Jeffrey Bonnici
Пікірлер