ONE.COM.MT • Tul dan l-aħħar xahar il-Gvern Malti bagħat lura mija wieħed u tletin immigrant li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari. Fl-istess perjodu l-Pulizija mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni, wettqet diversi spezzjonijiet fil-Marsa li matulhom ġabret mit-toroq għexieren ta’ persuni li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.
Kemm ilhom isiru dawn l-ispezzjonijiet il-Pulizija ġabret bejn erba u sitt persuni kuljum u ħadet passi fil-konfront ta’ dawk li rriżultaw li qed jgħixu f’Malta b’mod irregolari. Il-kollega Neil Azzopardi Ferriggi b’mod esklussiv segwa wħud minn dawn l-operazzjonijiet kmieni filgħodu mas-sebħ.
Негізгі бет IL-PULIZIJA TAL-IMMIGRAZZJONI BI SPEZZJONIJIET FIL-MARSA
Пікірлер